Il-port il-kbir Grand harbour
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għall-PORT IL-KBIR għandu żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal PORT, jiġifieri ż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq. Id waħda, bil-pala ta’ l-id tħares ’il ġewwa, timxi tul id-driegħ l-ieħor u l-ponot tas-swaba’ jolqtu ħafif ħafif xi darbtejn jew iktar. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal KBIR biż-żewġ idejn fil-forma ta’ 5 magħluq jersqu lura minn ħdejn xulxin għall-ġnub.
The sign for the GRAND HARBOUR consists of two parts. (i) In the first part the sign for PORT is made with both hands in the shape of closed 5 with palms facing sideways diagonally. One hand moves along the other arm and the fingertips hit it lightly along the way. (ii) The second part of the sign is the sign for BIG. The hands take the shape of closed 5 and move back from a position close to each other to the different sides.